The President of Malta

Messaġġ ta’ xewqat għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida mill-E.T. George Vella, President ta’ Malta, għall-Maltin li jgħixu barra.

Għeżież ħutna Maltin u Għawdxin li tgħixu ‘l bogħod minn xtutna, Hekk kif qed ningħaqdu flimkien għal dan iż-żmien speċjali tas-sena, marti Miriam u jien nixtiequ nawguraw Milied hieni lil kull wieħed u waħda minnkom. Il-Milied huwa żmien ta’ ferħ, riflessjoni u inklużjoni, u hu għalhekk bi pjaċir kbir li Read more…

Il-President u s-Sinjura Vella jżuru l-proċess tal-għadd tal-flus miġbura waqt l-Istrina BOV Piggy Bank Campaign 2023

Il-Ġimgħa filgħodu, il-President George Vella flimkien ma’ martu s-Sinjura Vella żaru l-proċess tal-għadd tal-flus miġbura matul il-kampanja tal-Istrina BOV Piggy Bank 2023. Dan il-proċess qiegħed isir fl-uffiċini prinċipali tal-Bank of Valletta f’Santa Venera. Dawn il-flus inġabru mill-iskejjel primarji u sekondarji ta’ Malta u Għawdex sabiex is-somma totali miġbura tiġi ppreżentata Read more…

Skambju ta’ awguri għas-Sena l-Ġdida mal-President ta’ Malta u s-Sinjura Vella

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella se jkunu qed jilqgħu lill-pubbliku fil-Palazz Presidenzjali l-Belt Valletta għall-iskambju tal-awguri għas-Sena l-Ġdida nhar is-Sibt 30 ta’ Diċembru 2023. Il-membri tal-pubbliku huma mistiedna jiġu l-Palazz Presidenzjali l-Belt Valletta, bejn l-għaxra ta’ filgħodu u n-nofsiegħa ta’ waranofsinhar.

Il-President iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex ikomplu jżidu l-kuxjenza dwar id-dimensja

Il-President George Vella ħeġġeġ lill-awtoritajiet sabiex ikomplu jżidu l-kuxjenza dwar id-dimensja, bil-għan li s-soċjetà titgħallem tagħraf u tifhem aktar din il-kundizzjoni diġenerattiva li ma nistgħux ninjorawha. Waqt il-Premju Nazzjonali fil-Qasam tad-Dimensja organizzat mid-Direttorat għall-Kura tad-Dimensja u l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, il-President sejjaħ biex flimkien intejbu l-inklussività u l-aċċessibilità fil-komunità Read more…

“Nappella biex bħala pajjiż nitgħallmu nħarsu lil hinn mill-pika politika” – il-President Vella fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika f’Għawdex

Fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika f’Għawdex, il-President ta’ Malta, George Vella, tenna l-appell biex bħala pajjiż nitgħallmu nħarsu lil hinn mill-pika politika, inkella se jibda jeħel il-pajjiż. Huwa qal dan ukoll fl-isfond li l-pajjiż jinsab tliet xhur u nofs mill-ħatra ta’ President tar-Repubblika li jmiss. Fl-aħħar diskors tiegħu f’din l-okkażjoni, il-President Read more…

Diskors mill-E.T. George Vella, President ta’ Malta, fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika ċċelebrat f’Għawdex, 16 ta’ Diċembru 2023.

Onorevoli Ministri, Onorevoli Membri Parlamentari, Eċċellenza Monsinjur Vella Gauci, Mistednin distinti, Nirringrazzjakom li din is-sena wkoll stedintuna, lili u lil marti, biex inkunu hawnhekk magħkom ħa niċċelebraw Malta Repubblika ġewwa Għawdex. Però qabel nibda xtaqt li l-ewwel nett nagħti prosit lill-Banda Leone u anke lis-Surmast Colin Attard għall-performance li tawna Read more…

Il-President jgħid li l-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena jixhed il-bżulija u d-dedikazzjoni tal-ħaddiema tagħna

Il-President ta’ Malta George Vella qal li l-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena huwa ċertifikat prestiġjuż li jixhed il-bżulija u d-dedikazzjoni tal-ħaddiema tagħna. “Huwa tassew sabiħ u importanti li niċċelebraw dawk l-individwi fostna li għandhom karattru bi kwalitajiet u ħiliet ta’ valur u ta’ ispirazzjoni. Il-ħaddiema, u x-xogħol li jagħmlu, jiffurmaw il-fus li Read more…

“Ix-xogħol li jwettaq l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika huwa kruċjali biex jinxterdu prassi ta’ governanza tajba” – il-President George Vella

Il-President ta’ Malta George Vella, akkumpanjat mis-Segretarju tal-Presidenza, is-Sa Rosette Spiteri Cachia, dalgħodu għamel l-aħħar żjara uffiċjali tiegħu fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) hekk kif it-terminu ta’ din il-Presidenza qed joqrob lejn it-tmiem. F’laqgħa mal-Awditur Ġenerali Charles Deguara u t-tmexxija tal-NAO, il-President Vella rrimarka kif sa mit-twaqqif tiegħu bħala Istituzzjoni separata Read more…

Skip to content