Issa li saru l-għaxra ta’ billejl tat-30 ta’ Mejju 2026 u ngħalqet il-votazzjoni għall-Elezzjoni Ġenerali 2026, nirringrazzja lill-elettorat li pparteċipa u eżerċita d-dritt tiegħu f’dan il-proċess demokratiku ta’ pajjiżna.
B’apprezzament, nirringrazzja wkoll lill-partiti politiċi li għal dawn l-aħħar ħames ġimgħat mexxew kampanja elettorali b’mod seren, kalm u matur. Dan huwa ta’ awgurju tajjeb għal li ġej.
Insellem lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Myriam Spiteri Debono
President ta’ Malta