President
Myriam Spiteri Debono

President
Myriam Spiteri Debono

Issir it-tieni edizzjoni ta’ The 10km L-istrina Palace Run

Il-Ħadd filgħodu, madwar 800 persuna pparteċipaw fit-tieni edizzjoni ta’ The 10km L-istrina Palace Run, li din is-sena għaqqdet il-Palazz ta’ Sant’Anton mal-Palazz Presidenzjali tal-Belt Valletta.

Din il-ġirja b’risq The Malta Community Chest Fund rat il-parteċipazzjoni ta’ tfal sa anzjani, kemm atleti kif ukoll persuni li jħobbu l-ġiri bħala passjoni, bl-ewwel persuni jlestu l-ġirja ta’ 10 kilometri f’ħin ta’ ftit iktar minn 32 minuta.

Fi tmiem il-ġirja, kull parteċipant ingħata midalja waqt li l-ewwel tlieta li kklassifikaw f’kull kategorija kienu ppreżentati bi xbiha tal-Palazz Presidenzjali tal-Belt Valletta, mogħtija mill-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono.

Waqt li ndirizzat lil dawk preżenti, il-President irringrazzjathom tal-parteċipazzjoni tagħhom, u fakkret kif id-donazzjoni marbuta ma’ din il-ġirja se tkun qed tgħin lil tant pazjenti u l-familji tagħhom li jirrikorru għall-għajnuna għand il-Malta Community Chest Fund.

L-Eċċellenza Tagħha aċċennat li t-talbiet għall-għajnuna huma kostanti u l-bżonnijiet ikomplu jikbru sena wara l-oħra, u spjegat kif l-assistenza tal-Malta Community Chest Fund tmur ‘lil hinn minn għajnuna finanzjarja, imma wkoll appoġġ soċjali u psikoloġiku lil tant nies li jkunu affettwati mal-aħbar li persuna tkun qed tbati minn marda jew kundizzjoni medika.

The 10km L-istrina Palace Run, li bdiet fl-2025 fuq idea tal-Maġġur Richard Vassallo, kienet organizzata minn Joe Micallef u t-tim tal-Malta Marathon, bl-assistenza ta’ diversi voluntiera.

Dan minbarra l-appoġġ ta’ diversi entitajiet tal-forzi dixxiplinari Maltin, fosthom il-Korp tal-Pulizija, il-Forzi Armati ta’ Malta, LESA u Transport Malta, li ħadu ħsieb is-sigurtà tal-atleti u l-immaniġġjar tat-traffiku matul ir-rotta, kif ukoll l-entitajiet kummerċjali Eurosport, Social Causes Fund, Fort Fitness, The Farsons Foundation, MCP Car Park u Star Fruit Limited.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.