President
Myriam Spiteri Debono

President
Myriam Spiteri Debono

Iktar minn 600 persuna jattendu l-Ball of the August Moon 2026

Is-Sibt filgħaxija saret b’suċċess edizzjoni oħra tal-Ball of the August Moon taħt il-Presidenza tal-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Iktar minn 600 persuna gawdew serata mill-isbaħ li kienet tinkludi ikel u xorb tal-ogħla kwalità, kif ukoll spettaklu mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Big Band Brothers, In Guardia u Yada Dance Company sas-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu.

Il-President ta’ Malta tirringrazzja lil dawk kollha li attendew, kif ukoll lill-Kumitat Organizzattiv tal-Ball of the August Moon immexxi mill-Markeżin Daniel de Petri Testaferrata għall-organizzazzjoni, u lill-entitajiet governattivi u privati kollha li appoġġjaw l-edizzjoni ta’ din is-sena.

Il-President ta’ Malta tfakkar kif il-Ball of the August Moon jimmarka attività ewlenija fil-kalendarju tal-Malta Community Chest Fund u l-qligħ minnu hu vitali biex din l-entità tkompli taqdi l-missjoni tagħha li tgħin lil dawk kollha li jirrikorru għandha matul is-sena.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.