The President of Malta

Diskors minn E.E. George Vella, President ta’ Malta, fil-Konferenza Nazzjonali dwar is-Sigurtà fit-Toroq Kif nistgħu naslu għall-Viżjoni Żero? Organizzata mit-Tobba għas-Sigurtà fit-Toroq fit-12 ta’ Novembru 2022 (Diskors bl-Ingliż)

Hon. Aaron Farrugia, Dr Ray Attard, Dr Gordon Caruana Dingli, Mr Pierre Vella, Distinguished keynote speakers and participants, It is my pleasure to host you in Verdala Palace for such an important and timely conference on promoting road safety and a Vision Zero for Malta. I thank Doctors for Road Read more…

The President’s Solidarity Fun Run posposta għall-11 ta’ Diċembru

The President’s Solidarity Fun Run ġiet posposta għall-Ħadd 11 ta’ Diċembru minħabba l-maltemp li hu mbassar fuq il-Gżejjer Maltin nhar il-Ħadd li ġej. L-Uffiċċju tal-President u The Malta Community Chest Fund ħadu din id-deċiżjoni fl-interess tas-saħħa u s-sigurtà tal-parteċipanti kollha. Ir-reġistrazzjonijiet ta’ €10 se jkomplu jintlaqgħu mill-kunsilli lokali kollha, mill-kumplessi Read more…

“Dott. Eddie Fenech Adami emmen li kellu x’jagħti biex itejjeb lil pajjiżna” – il-President George Vella waqt it-tnedija tal-ktieb “Eddie – is-sewwa jirbaħ żgur”

Il-President George Vella qal li jinsab konvint li, bħal ħafna oħra, Dott. Eddie Fenech Adami emmen li billi jkun attiv fil-politika seta’ jagħti daqqa t’id biex il-kwalità tal-ħajja f’pajjiżna titjieb. “Bħal ħafna oħra emmen li kellu x’jagħti biex itejjeb lil pajjiżna. Din kienet deċiżjoni li biha mhux biss rabat lilu Read more…

Diskors mill-Eċċellenza Tiegħu, George Vella, President ta’ Malta għat-tnedija tal-Ktieb “Eddie – is-sewwa jirbaħ żgur” ta’ Dione Borg – 4 ta’ Novembru 2022

Sinjura President tal-Parlament Ewropew, Dr Metsola, Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Lawrence Gonzi, Onorevoli Membri Parlamentari, Membri tal-Familja Fenech Adami, Mistednin Distinti, Nibda billi nirringrazzja lil min organizza din is-serata talli għoġobkom tistednuni biex mhux biss inkun preżenti, imma anke nagħti l-kontribut tiegħi f’din l-okkażjoni li fiha qiegħed jiġi mniedi l-ktieb Read more…

Diskors mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta, fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali tar-Repubblika tat-Turkija (Diskors bl-Ingliż)

Your Excellency, Ambassador Kerem Kiratli, Excellencies, Distinguished Guests, Ladies and gentlemen, It is a pleasure and an honour for me to be here with you to celebrate the 99th Anniversary of the Proclamation of the Republic of Türkiye.  This month we are also celebrating the 55th Anniversary of the official Read more…

L-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti tal-Amerka Constance J. Milstein ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President George Vella, fil-Palazz Sant’Anton, Ħ’Attard

Il-President laqa’ lill-Ambaxxatriċi f’Malta u rrefera għall-potenzjal kbir li jintensifikaw ir-relazzjonijiet bilaterali, li t-tnejn qablu li huma eċċellenti. L-Ambaxxatriċi Milstein enfasizzat l-impenn tagħha li taħdem mal-partijiet kollha kkonċernati f’Malta biex tiżgura li l-kuntatti jibqgħu jissaħħu. Matul il-laqgħa ġew diskussi diversi kwistjonijiet reġjonali, b’enfasi fuq il-gwerra fl-Ukrajna u l-instabbiltà fil-Mediterran. Il-President Read more…

Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika tal-Indja, Gloria Gangte, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-President George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard

Hi ddeskriviet ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi bħala tradizzjonalment eċċellenti u enfasizzat id-determinazzjoni tagħha li tiżgura li din is-sħubija tkompli tiżviluppa flimkien mal-iżviluppi ġeopolitiċi u teknoloġiċi. L-oqsma tad-diġitalizzazzjoni, il-farmaċewtika u s-saħħa ssemmew bħala fost dawk l-aktar promettenti. Il-president laqa’ l-impenn tal-Kummissarju Għoli u żied jgħid li r-relazzjonijiet komplew jiġi mogħnija permezz Read more…

L-Ambaxxatur tar-Renju tal-Marokk, Youssef Balla, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-President George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard.

Filwaqt li laqa’ lill-ambaxxatur, il-President Vella rrefera għar-relazzjonijiet li ilhom għal żmien twil bejn iż-żewġ pajjiżi, u li tul is-snin issaħħew permezz tal-parteċipazzjoni f’forums Mediterranji, bħall-Forum tal-Mediterran tal-Punent u l-Unjoni għall-Mediterran. Il-President Vella rrefera wkoll għall-appoġġ ta’ Malta għal relazzjonijiet aktar mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Marokk. Dwar il-qasam bilaterali, Read more…

Skip to content