On. Ministru tal-Finanzi, Hon. Caruana
Mr. Chairman, Sur Magro
Direttur Ġenerali, Sur Chetcuti
Sinjuri,
Ilqajt bi pjaċir l-istedina li għoġobkom tagħmluli għal din iż-żjara, li permezz tagħha nista’ napprezza b’mod dirett il-valur u importanza tax-xogħol li twettqu. Dan l-aħħar xhur segwejt mill-qrib in-numru ta’ operazzjonijiet ta’ suċċess li bla dubju għalihom, il-Poplu Malti u Għawdxi kollu, iroddilkom ħajr. Dan għaliex intom komponent ewlieni biex tiġi żgurata u msaħħa s-sigurtà tagħna lkoll. Bħal kull intrapriża jew istituzzjoni, id-Dipartiment tad-Dwana irid iżomm ruħhu aġġornat mal-aħħar żviluppi teknoloġiċi u proċeduri biex jibqa’ efiiċċjenti u kompetittiv.
Dan jitlob analiżi kostanti u serja tar-riżultati li nkisbu kif ukoll dawk l-oqsma fejn wieħed dejjem jista’ jtejjeb l-operat.
Għaldaqstant ninnota b’sodisfazzjon li d-Dwana għamlet eżerċizzju intern li permezz tiegħu għarfet d-djgħufijiet li kellha.
Eżerċizzju li wassalha għal pjan, b’objettivi ambizzjużi skond il-viżjoni tagħha.
Biex segħet tagħmel dan, ħtiġilha tbiddel u ġġedded kemm l-istrutturi, kif ukoll
il-ħsibijiet ta’ kif taħdem.
Investiet f’apparat u tagħlim, u ħolqot sinerġija bejn is-sezzjonijiet biex dawn
ifasslu, u jwettqu, operazzjonijiet flimkiem bil-għan li jiġi mxejjen il-kummerċ
illecitu, kemm dak destinat għal pajjizna kif ukoll materjal ieħor li jkun għaddej
minn għandna għal destinazzjonijiet oħra.
Proċess organizzat li wassal, f’dawn l-aħħar snin, għal qabdiet kbar ta’ droga,
dgħajjes intenzjonati għat-traffikar tan-nies, pilloli Tramadol u materjali oħra
maħsuba għal żoni ta’ konflitti, oġġetti kontrafatti, prodotti tat-tabakk, alkoħol,
flus kontanti u oħrajn.
Impressjonanti wieħed jara kif il-valur totali fit-triq ta’ dawn l-affarijiet illeċti
jlaħħaq it-€2.7 biljun, f’dawn l-aħħar ħames snin.
Fit-taqtiegħa kontinwa kontra l-kriminalita’ u l-kuntrabandu l-infrastruttura u rriżorsi umani jeħtieġu tisħiħ u tiġdid bla waqfien.
Fuq dawn iż-żewġ fronti, d-Dwana Maltija qed tkompli tinvesti b’mod konsistenti
tul dawn l-ahhar snin.
Naf sew kemm din it-tip ta’ infrastruttura tekninka huwa importanti, anki minn
żmien li fih kont għadni Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ambjent bejn 1996-
1998.
Tul dawk is-sentejn kont tħabatt sew ma’ pajjiż imsieħeb tagħna sabiex
jingħatalna apparat tekniku ta’ scanning (l-ewwel tax-xorta tiegħu) li fetaħ ukoll
opportuniatjiet ġodda ta’sorveljanza għas-snin li segwew.
3
Bejn is-snin 2013-2017 stajt ukoll insegwi mill-qrib bħala Ministru kemm ixxogħol tagħkom jaffettwa wkoll l-istabilità fir-reġjun.
Insemmi per eżempju l-istanzi fejn il-Ministeru li tiegħu kont responsabbli,
permezz tas-Sanctions Monitoring Board żamm milli jidħlu fil-Libya, wara li
jkunu waqfu Malta, RHIBS kif ukoll muturi qawwija (outboards) ta’ opri talbaħar refurbished.
Fit-taqlib politiku li kien għaddej fil-Libja kien ċar li dawn kienu se jintużaw
għat-traffikat tan-nies.
Sinjuri,
Kif diġa semmejt, jinvesti kemm jinvesti d-Dipartiment fit-teknoloġija, ir-riżorsa
umana tibqa’ dejjem il-qofol ta’ kollox.
L-ebda magna ma taħdem kompletament waħidha u l-ebda makna mhu se
tissostitwixxi totalment lill-bniedem.
Dawna jridu jikkumplimentaw lil xulxin.
Għaldaqstant, it-taħriġ kontinwu tar-riżorsa umana, minn kull aspett, kemm fuq
proċeduri, sistemi u għodda sofistikata huwa neċessita’.
Id-Dwana dan għarfitu.
Bħal kull post tal-ħidma ieħor, dan id-Dipartiment ma setgħax jevita l-impatt u lkonsegwenzi li ġabet magħha il-Pandemija.
4
F’dan l-isfond, inħasset mill-ewwel il-ħtieġa li d-Dwana tirrejaġixxi b’mod
immedjat għal dak li kien qed jiġri, sabiex jitnaqqas ukoll il-piż fuq iċ-ċittadin u
tiġi mħarsa s-saħħa tal-Poplu kollu.
Insemmi per eżempju, kif id-Dwana kienet pronta teħles mill-ħlas tad-dazju
provvisti mediċi intenzjonati għall-ġlieda kontra l-pandemija;
U kif issospendiet, għal numru ta’ xhur, il-ħlas tas-Sisa bil-għan li operaturi
ekonomiċi ma jsofrux minn pressjonijiet ta’ likwidazzjoni u b’hekk setgħu
iżommu l-ħaddiema.
Illum, u kif il-pandemija tkun xi ħaġa tal-passat, mhux talli d-Dwana mhux ser
treġġa l-arloġġ lura, talli kommessa li tkompli tesplora l-possibiltajiet kollha biex
tiffaċilita l-proċessi.
Niftaħ parentesi zgħira iżda importanti ħafna, dwar kif dan id-Dipartiment
jirrapreżenta u jiddefendi l-prioritajiet ta’ Malta fuq livell internazzjonali.
L-isfidi li kontrihom tissielet id-Dwana, qatt ma jistgħu jiġu megħluba minn
pajjiż wieħed, f’iżolament.
Huwa għalhekk kruċjali, speċjalment fir-reġjun imqalleb tagħna li nissieħbu fi
gruppi u allejanzi li jaqsmu bejniethom l-istess għanijiet.
Nilqa’ bis-sħiħ kif is-sena d-dieħla, id-Dwana Maltija għandha żewġ impennji
kbar fuq livell internazzjonali.
5
Ser tospita l-laqgħa magħrufa bħala ASEM (Asia/European Meeting) għallkapijiet tad-Dwaniet tal-Ewropa u tal-Asja. F’din il-laqgħa Malta se tkun qed
tippromwovi koperazzjoni akbar bejn d-Dwaniet ta’ dawn iż-żewġ kontinenti
biex ikomplu jingħelbu l-isfidi li hemm quddiemna.
Hawnhekk Malta se tisħaq fuq aktar koperazzjoni biex nikkumbattu l-attivita’
illegali li finalment tixpruna aktar l-attivita’ kummerċjali ġusta.
Aktar qrib lejna, imbagħad, hemm sfida oħra – sfida Mediterranja.
Id-Dwana Maltija, fil-fora tal-World Customs Organisation, inbuttat l-ideja li
jinħoloq Customs Mediterranean Forum għad-Dwaniet tal-Mediterran. Dan ikun
forum li jilqa’ fih id-Dwaniet Mediterranji mill-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq, itTurkija u l-Iżrael, u mhux biss jiddiskuti temi ta’ interess u jaqsam informazzjoni,
imma jorganizza operazzjonijiet konġunti.
Din l-ideja Maltija sabet appoġġ sħiħ kemm mill-WCO, kif ukoll mill-UE, u
għandha tiġi imnedija wkoll is-sena d-dieħla, bl-ewwel laqgħa tkun f’Malta.
Dawn l-inizjattivi jkomplu jsaħħu l-konvinzjoni tiegħi li minkejja d-daqs tagħna,
dan qatt ma xekkilna milli nkunu ambizzjuzi u effiċjenti fuq livell globali.
Nemmen ukoll li ser tkunu qegħdin turu biċ-ċar kemm l-istituzzjonijiet u luffiċċjali Maltin huma kapaċi u preparati daqs dawk ta’ pajjiżi oħra u li
m’għandna xejn inqas minn ħaddieħor.
Biex nagħlaq, irrid insellem u inrodd ħajr lill-uffiċċjali u l-ħaddiema f’kull livell
tal-ħames Direttorati ta’ dan id-Dipartiment.
6
Għalkemm ma jifhmunix, irrid nagħti ħajr speċjali lill-klieb tad-Dwana, li kif
ngħidu nil-Malti ‘jxommu’ kemm droga kif ukoll flus minn mili l-bogħod.
Ix-xogħol tagħkom huwa imprezzabbli sabiex jiġi infurzat il-kummerċ leġittimu
u biex tiġi żgurata sistema fiskali b’saħħitha u ekwa.
Fl-aħħar mill-aħħar intom tħarsu wkoll l-interess tas-soċjetà u taċ-ċittadin innifsu
hekk kif il-ħidma tagħkom tkompli ssaħħaħ il-prinċipji tal-legalità, trasparenza u
kontabilità.
Nirringrazzjakom u nawguralkom ħidma li tagħtikom sodisfazzjon.