The President of Malta

Żjara uffiċjali mill-ET George Vella, President ta’ Malta fi ħdan is-Servizz Nazzjonali tat-transfużjoni tad-demm

Punti qosra

  • Nafu, li d-domanda għat-trasfużjonijiet taqbeż il-21,000 fis-sena. S’issa, f’Malta, d- donazzjonijiet tad-demm minn dejjem saru b’għan altruist u mingħajr ebda pretensjoni ta’ xejn mid-donatur. Dan fattur importanti li jkompli jagħti stampa ċara tal-kuxjenza soċjali Maltija
  • Bi pjaċir u sodisfazzjon kbir insemmi li fl-14 ta’ Ġunju ppreżentajt rikonoxximent lil numru ta’ donaturi tad-demm u li permezz tal-esperjenzi tagħhom stajt nifhem aħjar kemm huwa importanti li jkun hemm numru kbir, kostanti u varjat ta’ donaturi. Inthom il-mutur li fuqhu tkompli tisaħħaħ din ir-riserva tant prezjuża. Għalkemm ftit li xejn nisimgħu bikhom, kunu żguri li dawk il-pazjenti kollha li b’xi mod jew ieħor irċevew donazzjoni ta’ demm, huma immensament grati għal ġest nobbli tagħkom.
  • Nemmen li bl-imġieba silenzjuża tagħkom qed tibagħtu messaġġ b’saħħtu favur il- ħajja, s-solidarjetà u l-empatija lejn ħaddieħor. Irrelevanti mill-istat ekonomiku jew soċjali, din hija realtà li tolqotna lkoll u li lkoll għandna nkunu parteċipi fiha
  • Ma nistax ma nsemmix ix-xogħol tat-tobba u l-infermiera li ta’ kuljum u b’dedikazzjoni kbira jagħtu servizz mill-aqwa. Ninsab ċert li fil-ħajja tagħkom ta’ kuljum, filwaqt li tisħqu fuq l-importanza ta’ ħajja b’saħħitha, tippromwovu b’mod sħiħ l-importanza tad-donazzjonijiet tad-demm u li dawn isiru matul is-sena kollha. Huwa bis-saħħa tagħkom, flimkien ma’ numru sabiħ ta’ donaturi, li Malta tista’ tiżgura li jkollha riżerva adegwata u ta’ kwalità ta’ demm
  • Nagħlaq billi nħeġġeġ aktar nies, speċjalment żgħażagħ biex ikunu huma wkoll parteċipi f’dan l-eżerċizzju nazzjonali u meta jaraw il-mobile blood donation unit fl- Università jew f’xi post pubbliku ieħor jieħdu din l-opportunità u jħajru aktar membri tal-familja jagħtu donazzjoni tad-demm.
Skip to content