The President of Malta

Il-President George Vella jiltaqa’ ma’ Sean O’Fearghail, Speaker tal-Lower House of Representatives tal-Irlanda

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President George Vella kellu żjara ta’ korteżija minn Sean O’Fearghail, Speaker tal-Lower House of Representatives tal-Irlanda, li kien akkumpanjat mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, minn delegazzjoni ta’ deputati Irlandiżi u minn Caroline Whelan, l-Ambaxxatriċi tal-Irlanda.

Il-President Vella u l-Ispeaker O’Fearghail tkellmu dwar ir-rabtiet diplomatiċi eċċellenti, li ġejjin minn similaritajiet ġeostoriċi iżda li huma msejsa fuq rabtiet sodi bejn il-popli. Fakkru wkoll l-iskambji reċenti fl-ogħla livelli, ir-rwol tad-diplomazija parlamentari, il-gwerra fl-Ukrajna kif ukoll l-iżviluppi madwar il-Mediterran.

Ritratti: OPR

Skip to content