The President of Malta

Il-President ta’ Malta jżur il-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President ta’ Malta George Vella żar il-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib, fejn seta’ jsegwi l-proċess li bih jinħadmu prodotti mhux biss tradizzjonali iżda wkoll oħrajn li evolvew matul is-snin.

“Meta tara dan il-proċess, tifhem sew kemm ir-rwol ta’ kulħadd huwa importanti, mill-kbir saż-żgħir”, stqarr il-President, li fl-indirizz tiegħu lill-ħaddiema preżenti tkellem fost l-oħrajn dwar kif kienet l-innovazzjoni li żammet lil din il-koperattiva kemm popolari max-xerrejja kif ukoll kompetittiva fis-suq.

Il-President innota kif, filwaqt li l-prezzijiet tal-materja prima u tal-għalf tal-annimali għolew mhux ftit, il-bejgħ mill-banda l-oħra naqas kawża tal-pandemija. Huwa esprima l-apprezzament tiegħu għas-sostenn li l-koperattiva kompliet tagħti lil min hu fil-bżonn, fosthom lill-Malta Community Chest Fund Foundation, anke permezz tal-inizjattiva ‘CrowdFunding għall-Istrina’, li ġiet varata f’Diċembru li għadda u li l-koperattiva tat l-appoġġ tagħha għaliha wkoll.

Skip to content