The President of Malta

Il-President u s-Sinjura Vella jħallu Malta għal żjara fir-Renju Unit

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

 Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ħallew Malta dalgħodu għar-Renju Unit, fejn fost impenji oħra, se jkunu qed iżuru lill-pazjenti Maltin u lil qrabathom.

Akkumpanjati mis-Sur John Huber, Chairman tal-Bord tal-Amministraturi tal-Malta Community Chest Fund (MCCF), il-President u s-Sinjura Vella se jżuru diversi sptarijiet f’Londra fejn se jiltaqgħu mat-tobba u l-konsulenti li għandhom taħt il-kura tagħhom pazjenti Maltin. Se jżuru wkoll lis-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù f’Londra u l-pazjenti li bħalissa qed jgħixu fl-appartamenti tal-Fondazzjoni Puttinu Cares f’Sutton.

Sakemm il-President Vella jkun impenjat fir-Renju Unit, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.

Il-President u s-Sinjura Vella jaslu lura Malta nhar il-Ħamis, 30 ta’ Novembru 2023.

Skip to content