Fittex

Skip to content
Marie-Louise Coleiro Preca L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca
President ta’ Malta
  • Il-President
    • Bijografija
    • Rwol u Funzjoni
    • Premjijiet, Ħatriet u Diskorsi fuq Livell Internazzjonali
    • Patrunaġġi
    • Ir-Raġel tal-President
    • Unuri
  • L-Uffiċċju tal-President
    • Presidenti Emeriti
    • Palazz ta’ Sant’Anton
    • Palazz Verdala
    • Il-Palazz tal-Belt
    • Restawr
  • Impenji
    • Id-Djarju tal-President
    • Impenji Lokali
    • Impenji Barra minn Malta
  • Inizjattivi
  • Diskorsi
  • Press Centre
    • Filmati
    • Ritratti
    • Stqarrijiet
    • Informazzjoni għall-Media
  • Agħmel Kuntatt

“Dan huwa jum storiku għal pajjiżna għaliex dan huwa mod prattiku ta’ kif ser inkunu qed insaħħu d-demokrazija tagħna” – Il-President Coleiro Preca

Home » Impenji » Impenji Lokali | Local Engagements » “Dan huwa jum storiku għal pajjiżna għaliex dan huwa mod prattiku ta’ kif ser inkunu qed insaħħu d-demokrazija tagħna” – Il-President Coleiro Preca
November 12, 2018

Kien dan il-mod li bih il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca bdiet ir-rimarki tagħha wara li ppresediet iċ-ċerimonja tal-ħatra tal-Kummissarju għall-Istandards fill-Ħajja Pubblika George Hyzler.

“Meta l-Parlament, il-Membri Parlamentari, il-Ministri, u n-nies ta’ fiduċja tagħhom ser ikunu taħt skrutinju, din se tagħti wkoll serħan tal-moħħ u aktar kontabbiltà”, stqarret il-President.

Il-President Coleiro Preca qalet li permezz tal-Uffiċċju tal-Kumissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, “ħa nkunu qiegħdin mhux biss qed nagħtu dan is-serħan tal-moħħ, imma ser inkunu qiegħdin ukoll ninkoraġġixxu aktar nies sabiex iħarsu lejn il-politika bit-tir li jservu fl-ogħla istituzzjoni tagħha.”

Il-President raddet ħajr ukoll lill-Parlament Malti għall-mod li bih qablu fuq in-nomina ta’ Hyzler. Hija qalet li din kienet prattika ġdida mill-aktar tajba, hekk kif il-proposta mressqa mill-Oppożizzjoni ġiet milqugħa mill-Gvern biex issir din il-ħatra.

Il-President tenniet li għaliha dan huwa wkoll pass importanti u jirrifletti ħafna fuq is-serjetà li l-Parlament tagħna qed jieħu biex jkollna dan l-uffiċċju b’saħħtu, b’funzjoni msaħħa “ħalli nassiguraw li tassew insaħħu d-demokrazija parlamentari tagħna fuq livell ieħor.”

Il-President stqarret ukoll li permezz ta’ dan l-uffiċċju l-ġdid, ir-rappreżentanti tan-nies fil-Parlament mhux biss iridu tagħhom infushom ikunu self-regulating, iżda issa wkoll, jekk ma jkunux, se jkun hemm min jara li, fl-aħjar interess tan-nies, min jirrappreżenta lill-poplu tagħna fil-Parlament ikun qed jaħdem u qed jimxi kif suppost jimxi fl-aħjar interess ta’ pajjiżna.

Il-President Coleiro Preca awgurat lil George Hyzler għall-kariga l-ġdida tiegħu.

 

Lura għal Impenji Lokali
Office of the President of Malta
The Palace, St George's Square, Valletta, Malta
T: +356 21 221 221
E: president@gov.mt
© Government of Malta 2017   |   Termini tal-użu
2017.president.gov.mt L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca
President ta’ Malta
  • Il-President
    • Bijografija
    • Rwol u Funzjoni
    • Premjijiet, Ħatriet u Diskorsi fuq Livell Internazzjonali
    • Patrunaġġi
    • Ir-Raġel tal-President
    • Unuri
    • Back
  • L-Uffiċċju tal-President
    • Presidenti Emeriti
    • Palazz ta’ Sant’Anton
    • Palazz Verdala
    • Il-Palazz tal-Belt
    • Restawr
    • Back
  • Impenji
    • Id-Djarju tal-President
    • Impenji Lokali
    • Impenji Barra minn Malta
    • Back
  • Inizjattivi
  • Diskorsi
  • Press Centre
    • Filmati
    • Ritratti
    • Stqarrijiet
    • Informazzjoni għall-Media
    • Back
  • Agħmel Kuntatt