President
Myriam Spiteri Debono

President
Myriam Spiteri Debono

Żewġ maġistrati ġodda jieħdu l-ġurament tal-ħatra

Dott. Tanya Sammut u Dott. Monica Borg Galea ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala maġistrati fil-Qrati Inferjuri ta’ Malta waqt ċerimonja li tmexxiet mill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt.

Fi tmiem iċ-ċerimonja tal-ħatra, il-President Spiteri Debono ferħet liż-żewġ maġistrati l-ġodda li llum ingħaqdu mal-Bank tal-ġudikatura u għalhekk bdew jifformaw parti mill-Organu Ġudizzjarju, wieħed mit-tlett organi tal-Istat.

Waqt il-messaġġ qasir tagħha, il-President qalet kif huma ser ikollhom funzjoni importanti, biex isostnu s-saltna tad-dritt f’pajjiżna u għaldaqstant ħeġġithom biex jieħdu b’serjetà ż-żewġ ġurament li ħadu u partikolarment jixtarru l-ġurament marbut mal-kariga tagħhom, għaliex f’dak il-ġurament hemm delineati il-kwalitajiet li għandhom jirregolaw l-imġiba u l-aġir tagħhom.

Hija enfasizzat l-imparzjalità, li żżom lilhom oġġettivi, ’il fuq mill-partijiet, u wkoll ’il fuq minn influwenzi oħra u  li jkunu responsabbli.

Fuq kollox sostniet li l-onestà, hija dejjem element importanti għaliex aħna l-bnedmin m’aħniex perfetti, u kull wieħed u waħda minna huwa suġġett għal żball, iżda saħqet illi hemm differenza bejn żball li jkun ġenwin u żball li jkun malinn.

Hija kkonkludiet billi tkellmet dwar l-importanza tal-preparament akkademiku, l-istudju, il-familjarità ma’ deċiżjonijiet preċedenti tal-Qrati u mal-opinjonijiet ta’ awturi, kif ukoll fuq id-dixxerniment li jwassal għas-sentenzi tagħkom, li jisħaq fuq il-fatt illi s-sistema ġuridiku tagħna, fl-aħħar mill-aħħar, huwa msejjes fuq il-kelma tal-liġi, dak li tgħid il-liġi, u l-applikazzjoni tagħha.

Għaċ-ċerimonja tal-ħatra kienu preżenti wkoll il-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard, il-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Aġent Avukat tal-Istat Dr Maurizio Cordina.​

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.