The President of Malta

Search
Close this search box.

Simpożji tal-Presidenza dwar il-Kultura

Is-Sensiela ta’ Simpożji tal-Presidenza dwar il-Kultura

L-Uffiċċju tal-President nieda sensiela ta’ simpożji kulturali bil-għan li jiġu esplorati u spjegati r-rabtiet storiċi u kulturali uniċi ta’ Malta ma’ pajjiżi sħab importanti. ‘Is-Sensiela ta’ Simpożji tal-Presidenza dwar il-Kultura’ tistinka wkoll biex toffri l-kultura bħala għodda diplomatika f’idejn l-ogħla uffiċċju tal-Istat filwaqt li trawwem id-djalogu u l-iskambji kulturali bejn l-esperti u r-riċerkaturi fiż-żewġ pajjiżi u lil hinn minnhom.

Il-President ta’ Malta George Vella qal, “L-iskambju ta’ ideat, informazzjoni, arti, lingwi u aspetti oħra tal-kultura fost in-nazzjonijiet u l-popli tagħhom irawwem fehim reċiproku. L-arti, ix-xjenza, il-kultura u l-mużika taw kontribut, kemm flimkien kif ukoll individwalment, biex jitrawwem passat komuni. Fil-fatt, il-legat ma jistax jitħassar, għalkemm ħafna drabi jiċċajpar xi ftit maż-żmien. Ħafna elementi huma magħrufa u ppubblikati. Aspetti oħra, li dawn is-simpożji jwiegħdu li jippreżentaw u jiċċelebraw, huma inqas magħrufa”.

Skip to content