DISKORS TAL-ET GEORGE VELLA, PRESIDENT TA’ MALTA WAQT JUM GĦAWDEX U GĦOTI TAL-PREMJU ĠIEĦ GĦAWDEX, 28 TA’ OTTUBRU 2019.

Onor. Justyne caruana, Ministru għal Għawdex

Onor. Membri Parlamentari

Sindki u Presidenti varji

Sinjuri

 

Grazzi li ghogobkom tistiednuni lili u l-marti biex inkunu maghkom illum biex niċċelebraw Jum Għawdex, u flimkien nagħtu ġieħ lil personalitajiet Għawdxin li b’xi mod jew ieħor komplew jgħollu l-fuq isem ta din il-gżira, ċkejkna fid-daqs imma kbira fil-ħila u fit-talent. Minn hawn nirringrazzja lil-Ministeru għal Għawdex, ir-reġjun Għawdex u c-Circolo Gozitano tal-ħidma tagħhom u l-impenn kostanti biex jiġi imfakkar dan il-jum li fih jiġu ippremjati u mfakkra personalitajiet distinti Għawdxin.

Ghal dawn l-ahhar 14 il-sena minn meta beda jiġi ċċelebrat dan il-jum kienu bosta dawk il-persuni u organizzazzjonijiet li bis-sehem tagħhom fil-qasam soċjali, reliġjuż u artistiku kienu tassew taw kontribut importanti fil-kommunitajiet immedjati tagħhom. F’ħafna mid-drabi, il-ħidma ta’ dawn kienet strumentali biex bħala pajjiż inkomplu nagħrfu l-firxa u l-kobor tat-talenti lokali filwaqt li nifirħu u nirrikonoxxu wkoll lil dawk li b’xi mod jew ieħor joffru sostenn u għajnuna lil min għaddej minn xi problemi soċjali u ta’ saħħa.

Il-premju għal Ġieħ Għawdex huwa turija ta’ rispett u apprezzament għal ċittadini u organizzazzjonijiet li mingħajr ħafna storbju jew riklami kienu pedina importanti fl-iżvilupp  tal-istorja kulturali u soċjali ta’ Għawdex. Din it-turija ta’ rispett huwa l-anqas li nistghu naghmlu biex naghtu gieh lill-dawn il-persuni, jew entitajiet.

Meta nħarsu lejn l-istorja ta’ pajjizna,  speċjalment dawk is-snin mqallba lejn it-tmiem tas-seklu 18, naraw lil għawdex fiċ-ċentru tat-taqbida mal-ħakkiema franċiżi. F’dan iż-żmien il-viżjoni u d-dedikazzjoni tal-arċipriet Saverio Cassar, personalita li qeghdin infakkru llum, maħtur kap tal-gvern Għawdxi, kienu importanti ħafna biex din il-gżira tkeċċi lis-suldati franċiżi li kienu gew ma bonaparti, u tieħu r-riedni f’idejha. F’Għawdex dan seħħ qabel il-maltin irnexxielhom jagħmlu l-istess ghaliex il-francizi fic-cittadella setghu jigu assedjati kompletament, filwaqt li dawk assedjati fil-Belt Valletta, apparti li sabu aktar mezzi biex ikomplu jirrezistu l-assedju f’belt akbar, kellhom anke xi ghajnuna li setghet kienet qieghda taslilhom  bil-mohbi bil-bahar.

It-tmexxija ta’ Cassar u s-sens b’saħħtu ta’ għaqda li dak iż-żmien tkattar fil-gżira ta’ għawdex huma turija ta’ poplu li għaraf jieqaf fuq saqajh u jipproteġi dak li jemmen fih.

Ghal xi zmien Ghawdex kien prattikament stat indipendenti.

Bi pjacir nosserva li maz-zmien dawn is-sentimenti zviluppaw f’espressjonijiet artistici unici, u fi progetti ohra socjo kulturali li essenzjalment ikomplu jibnu fuq il-vizjoni tal-arcipriet cassar, jigifieri ta’ gzira li tahseb f’uliedha, u tahdem biex tkabbar il-patrimonju taghha.

Ippermettuli nirrimarka li bhala maltin u ghawdxin ahna daqsxejn xhah mir-rispett li obbligati naghtu lill-personalitajiet Maltin u Ghawdxin li matul is-snin ikkontribwew bis-shih ghall-izvilupp politiku u socjali ta’ pajjizna.

Naghmlu xi bust jew xi statwa l-hemm u l-hawn, u nsemmu xi toroq biex infakkruhom, imma ghad m’ghandniex, bhal ma ghandhom pajjizi ohra, muzew tal-istorja politika u socjali ta’ pajjizna, u lanqas portrait gallery ta’ nies prominenti Maltin u Ghawdxin li ghamlu dan il-pajjiz dak li huwa fejn nistghu naghtuhom il-gieh li jixirqilhom, u naghtu cans lill-uliedna isiru jafuhom aktar, jitghallmu dwarhom, u jsiru kburin bihom.

Mill-ġdid nifraħ lill-organizzaturi għal din l-inizjattiva u nirringrazzja lis-sur charles bezzina u lis-sur michael grech tal-kontribut distint tagħhom. Il-passjoni kbira tas-sur bezzina għall-istorja, il-letteratura u l-estetika għawdxija joħolqu stampa aktar kompleta ta’ kif kien Għawdex il-bieraħ u kif inhu għawdex illum. Bla dubju ta’ xejn, dan jikkontribwixxi bis-sħiħ għat-tisħiħ tal-identità Għawdxija u jiżgura li l-ġenerazzjonijiet futuri jkunu konxji ta’ dak li jsawwarna bħala gżira u bħala nazzjon.

Is-Sur Michael Grech ġej mill-qasam finanzjarju u l-kontribut tiegħu huwa differenti minn dak tas-Sur Bezzina. Madankollu, bis-sehem tiegħu fil-Victoria Scouts u x-xogħol tiegħu fi ħdan il-malta community chest fund foundation u organizzazjonijiet filantropiċi oħra, is-sur grech huwa xempju ta’ persuna li għarfet taħseb f’ħaddieħor u tagħti mill-ħin liberu tagħha biex tgħin persuni bi problemi soċjali, ta’ mard jew ekonomiċi.

Mingħajr ma’ ntawwal aktar nagħlaq billi nawgura li aktar żgħażagħ għawdxin ikomplu jimxu fuq il-passi ta’ nies bħas-Sur Grech u s-Sur Bezzina. Inħeġġiġhom biex jagħrfu li l-patrimonju kulturali u soċjali Għawdxi huwa patrimonju ħajj u li dejjem għandu bżonn element żagħżugħ jixprunaħ ’il quddiem u jiftaħlu l-bibien għall-futur.