L-Uffiċċju tal-President jixtieq jinforma li s-Sinjura Miriam Vella, mart il-President tar-Repubblika, ħarġet mill-Isptar Mater Dei llum waranofsinhar wara li t-Tlieta li għadda ddaħlet l-isptar għall-osservazzjoni. Testijiet urew li kienet qed tbati minn pneumonia.
Il President u s-Sinjura Vella jixtiequ jirringrazzjaw lill-konsulenti, tobba, u infermiera kif ukoll l-istaff kollu tal-Isptar Mater Dei tad-dedikazzjoni u s-sapport tagħhom.