The President of Malta

President Myriam Spiteri Debono

Search

Diskors mill-President Myriam Spiteri Debono fil-ftuħ tal-Imnarja

Jiena nirringrazzja lill-Ministru tal-Biedja u tas-Sajd, lis-Segretarju Parlamentari, lis-Soċjetà Agrarja u dawk kollha li għenuhom sabiex il-Ministeru tal-Biedja u s-Sajd ilu mis-Sibt li għadda impenjat fil-festi tal-Imnarja għaliex kien hemm bosta attivitajiet oħra li kienu kkonċentrati fil-kastell Verdala.

Fuq kollox imma jien irrid nirringrazzja lilkom li qegħdin hawn illejla u lil dawk illi għada filgħodu ser jiġu biex ikomplu jgawdu din il-wirja. Għaliex? Għaliex din il-wirja ilha ħajja ’l fuq minn 400 sena għaliex nies bħalkom u bħalna baqa’ jinteressahom li jżommuha ħajja.

U hija festa importanti ħafna fil-kalendarju tagħna ta’ matul is-sena għaliex niċċelebraw il-ħidma tal-bidwi u tar-raħħal, niċċelebraw l-ikel Malti. Hija festa illi, bħalma qal il-Ministru, hi parti minn dak li jagħmilna Maltin, u jekk ma nkunux aħna li nżommuha ħajja u anke nrawmu f’uliedna l-interess f’dawn l-affarijiet, dawn l-affarijiet faċli ħafna jmutu. Trid taħdem biex inti tkompli tiżviluppahom u jibqgħu ħajjin.

Nirringrazzja lil kulħadd u niddikjara l-lejla ta’ għana u ta’ ikel Malti miftuħa u tkompli għada bil-wirja agrarja.

Skip to content