The President of Malta

President Myriam Spiteri Debono

Search

Il-President iżżur l-Arkivji Nazzjonali tar-Rabat

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono żaret l-Arkivji Ċentrali fl-Isptar Santu Spirtu tar-Rabat ta’ Malta, fuq stedina tas-Sur Charles Farrugia, l-Arkivist Nazzjonali.

Matul din iż-żjara, il-President iltaqgħet mal-impjegati u voluntiera li jgħinu, u mat-tmexxija fejn ġie spjegat lilha d-diversi sezzjonijiet u x-xogħol li dawn jagħmlu.

Ġie enfasizzat mit-tmexxija l-urġenza li jkun identifikat sit sabiex jinbena arkivju nazzjonali skont l-aqwa kriterji fil-qasam tal-arkivjar ħalli jkunu salvagwardjati d-dokumenti li jiġbru l-istorja u l-memorja kollettiva tal-Maltin.

Il-President fehmet id-diffikultajiet li l-amministrazzjoni tal-Arkivji Nazzjonali qed tiffaċċja fix-xogħol tagħha, u qablet li għandu jkun provdut sit idoneu u adegwat sabiex anke jkun provdut spazju li kull sena jeħtieġ jiżdied minħabba dokumenti ġodda.

Saħqet ukoll fuq il-bżonn li d-dokumenti ma jibqgħux f’siti differenti iżda jkunu miġbura f’post wieħed.

 
 
 
 
 
Skip to content