The President of Malta

President Myriam Spiteri Debono

Search

Il-President Myriam Spiteri Debono tilqa’ lill-Kap tal-Kabinett Tranżitorju Magħqud tal-Belarus

Il-President Myriam Spiteri Debono laqgħet lil Sviatlana Tsikhanouskaya, il-Kap tal-Kabinett Tranżitorju
Magħqud tal-Belarus, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Waqt il-laqgħa bilaterali, il-President Spiteri Debono u s-Sa Tsikhanouskaya ddiskutew diversi suġġetti fosthom is-sitwazzjoni politika attwali fil-Belarus, ir-rwol tal-Unjoni Ewropea u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Iż-żewġ mexxejja esprimew it-tama li jiġi enfasizzat ir-rwol tan-nisa fil-ħajja pubblika.


Il-President Spiteri Debono kkonfermat l-appoġġ ta’ Malta għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u għal aktar demokratizzazzjoni, filwaqt li esprimiet solidarjetà ma’ dawk li qed jiġġieldu għal-libertà madwar id-dinja.
Is-Sa Tsikhanouskaya rrikonoxxiet is-simpatija ta’ Malta għall-ġlieda għal-libertà, b’mod partikolari fil-Belarus, u rringrazzjat lill-President Spiteri Debono għar-rwol ta’ Malta fil-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà madwar id-dinja.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Ian Borg, kien preżenti għal-laqgħa

Photos: 

Skip to content