The President of Malta

President Myriam Spiteri Debono

Search

Il-President Myriam Spiteri Debono tilqa’ lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola

Nhar is-Sibt tard waranofsinhar, il-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono, laqgħet lill-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.


Il-President Myriam Spiteri Debono esprimiet it-tama tagħha li titrawwem ir-rieda tajba u l-fiduċja fost dawk li huma strumentali biex iġibu l-bidla.

Saħqet ukoll fuq l-importanza li l-poplu jitħeġġeġ jivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Ġunju li ġej.
Il-President Myriam Spiteri Debono rringrazzjat lil Dr Metsola għaż-żjara tagħha.

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola awgurat lill-President Spiteri Debono għall-ħatra tagħha.

Qalet li l-presidenza ta’ Myriam Spiteri Debono hija pass sinifikanti għall-istorja ta’ pajjiżna.

Hija awgurat li din il-presidenza tħalli impatt fuq is-soċjetà Maltija, tgħaqqad lill-poplu u tkun strumentali biex tħeġġeġ aktar parteċipazzjoni pubblika miż-żgħażagħ u l-poplu.

Skip to content