The President of Malta

President Myriam Spiteri Debono

Search

Il-President Myriam Spiteri Debono tiltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Antigua u Barbuda

Il-President Myriam Spiteri Debono laqgħet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Agrikoltura u l-Kummerċ
ta’ Antigua u Barbuda għal laqgħa fil-Palazz ta’ San Anton.
Minkejja d-distanza ġeografika bejn il-pajjiżi rispettivi, Malta u Antigua u Barbuda għandhom ħafna elementi
komuni.
Il-kooperazzjoni bilaterali bejn il-pajjiżi rispettivi, li bdiet matul il-pandemija tal-Covid-19, kienet fil-qalba ta’
dawn it-taħditiet.
Ġie diskuss ukoll l-istatus ta’ Antigua bħala pajjiż ospitant tar-raba’ Konferenza Internazzjonali dwar l-Istati
Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw. B’mod partikolari, kien hemm qbil li l-opportunitajiet għal aktar kooperazzjoni
bejn iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tal-Istati Żgħar li huwa bbażat f’Malta u ċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tal-Istati Gżejjer
Żgħar li qed Jiżviluppaw ibbażat f’Antigua għandhom jiġu esplorati aktar wara t-tnedija ta’ dan iċ-ċentru.
L-Aġent Ministru għall-Affarijiet Barranin Silvio Schembri, kien preżenti wkoll għal-laqgħa.

Photos: 

Skip to content