Midja
L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali tal-Kuwajt, organizzata mill-Ambaxxata tal-Istat tal-Kuwajt f’Malta.
Fid-diskors tagħha, il-President ta’ Malta aċċennat il-ħbiberija bejn iż-żewġ pajjiżi, riflessa fiż-żieda konsiderevoli tal-kummerċ bejn Malta u l-Kuwajt fl-aħħar snin, u l-kollaborazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura, l-enerġija, l-ambjent, is-servizzi finanzjarji, u ċ-ċibersigurtà.
Il-President esprimiet ukoll l-impenn ta’ Malta li tkompli ssaħħaħ il-kollaborazzjoni mal-Kuwajt, kif riflessa fil-Politika Reġjonali ta’ Malta dwar ir-Reġjun tal-Golf, imnedija f’Diċembru li għadda, u li hi bbażata fuq il-pilastri tar- relazzjonijiet reġjonali u bilaterali, ir-relazzjonijiet kummerċjali, l-affarijiet soċjali, l-affarijiet multilaterali u l-klima u l-enerġija.





