Il-Palazzi Presidenzjali
Palazz Verdala
Minn Dwejra tal-Kaċċa għalResidenza tas-Sajf
Verdala Palace is the summer residence of the President of the Republic of Malta. The Palace was built in 1586 by Grand Master Hugues Loubenx de Verdalle (1582- 1595) to serve the purpose of countryside retreat. Plans were drawn by Maltese architect Gerolamo Cassar (1520- c. 1592) inspired and informed by French castle-like palaces of the time. Verdalle’s legacy still survives in the choice of name for this Palace – Verdala. The square-shaped palace built by Grand Master Verdalle was originally a two-storey structure with the ground floor accessible from a dry ditch partly hewn out of the rock surrounding the building. Four towers, one at each corner, give the Palace the looks of a fortress also informed by French architectural treatises of the time. The third floor was added later, during the magistracy of Grand Master António Manuel de Vilhena (1722-1736) who also built the attendants’ quarters, stables and coach-houses forming the perimeter of the main grounds in front of the Palace.

Min żar dan il-post fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann iddeskrivieh bħala miksi bil-ħarir u b’għamara prezzjuża. Fil-fatt, il-post kien rikonoxxut, ġustament, bħala opra tal-arti fih innifsu, mibni biex jipprovdi esperjenza pjaċevoli u rilassanti lill-viżitaturi u r-residenti tiegħu.
Kitba eżatt fuq id-daħla għas-sala prinċipali tgħid cedant curae loco – stedina letterali lill-viżitatur biex tħeġġu jintelaq u jħalli l-post jieħu ħsiebu.
Fis-seklu 18, jidher li l-Palazz Verdala waqa’ fi stat ta’ abbandun u iktar tard intuża bħala ħabs fi żmien il-Franċiżi. Il-Gvernatur Ingliż Sir Frederick Ponsonby (1827-1836) u, iktar tard, il-Gvernatur Sir William Reid (1851-1858) għamlu xogħlijiet ta’ restawr biex il-Palazz Verdala, għal darb’oħra, jintuża bħala residenza fil-kampanja. Il-Palazz sar wieħed mit-tliet siti assenjati lill-Uffiċċju tal-President meta Malta saret Repubblika fl-1974.
Il-Palazz Verdala fih ukoll opri tal-arti ta’ rilevanza artistika kbira. Biżżejjed li wieħed isemmi l-iskema dekorattiva tas-sala prinċipali li hija xogħol il-pittur tal-qorti stess ta’ Verdalle, il-pittur Toskan Filippo Paladini (1544-1614). Episodji mill-ħajja tal-Gran Mastru Verdalle huma mpinġija f’kull tarf tas-sala, li għandha s-saqaf bil-ħnejjiet nofs tond, b’allegoriji fuq kull naħa ta’ kull parti tas-saqaf. Il-kumpless tal-Palazz jinkludi wkoll kappella ddedikata lil Sant’Anton Abbati patronat b’mod estensiv mill-Gran Mastru Nicolás Cotoner (1663-1680). Il-pittura titulari tal-kappella saret mill-artist Taljan Mattia Preti, u tmur lura għas-snin bikrin tar-rilokazzjoni permanenti tiegħu f’Malta fis-snin 1660 meta l-artist kien qiegħed ipinġi l-pitturi mas-saqaf tal-korsija tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, li dak iż-żmien kien il-Knisja Konventwali tal-Ordni ta’ San Ġwann.
Il-Palazz Verdala kien residenza għal Gran Mastri u Gvernaturi Ingliżi. Dan ospita persuni rjali u dinjitarji matul l-istorja tiegħu u laqa’ presidenti u kapijiet ta’ stat bħala mistednin ta’ Presidenti suċċessivi tar-Repubblika.

