Il-Palazzi Presidenzjali
Palazz Sant'Anton
Minn Dar tal-Villeġġjatura fil-Kampanja għalResidenza Uffiċjali
Il-Palazz ta’ Sant’Anton huwa r-residenza uffiċjali tal-President tar-Repubblika ta’ Malta.
L-iktar binja antika li nafu dwarha tmur lura għall-bidu tas-seklu 17, mibnija bħala dar fil-kampanja mill-Kavallier ta’ Malta, li iktar tard sar Gran Mastru, Antoine de Paule (1623-1636).

L- għażla tal-post minn de Paule, kważi f’nofs il-gżira fir-raħal ta’ Ħ’Attard, b’Ħal Balzan u Ħal Lija fil-viċin, tinkludi wkoll residenzi oħra fil-kampanja u dwejriet tal-kaċċa, inklużi ġonna estensivi, mibnija maż-żmien minn membri suċċessivi tal-Ordni ta’ San Ġwann. Malli nħatar fil-Maġistratura fl-1623, de Paule kabbar id-dar f’palazz komplut minn kollox imdawwar bil-ġonna. Il-legat ta’ de Paule għadu ħaj fl-għażla tal-isem li jirreferi għall-qaddis patrun tiegħu – Sant’Antnin ta’ Padova. Sa tmiem is-snin 1620, il-Palazz ta’ Sant’Anton kien sar ukoll post ta’ interess għal dawk li kienu jżuru dawn il-gżejjer.

Id-dar ta’ de Paule x’aktarx kienet mgħammra b’kollox inkluż bi stalel u b’akkomodazzjoni għas-segwitù tal-Gran Mastru. Il-binja oriġinali kienet tinkludi wkoll sensiela ta’ kmamar interkonnessi b’aċċess mit-taraġ prinċipali.
L-element arkitettoniku ċentrali x’aktarx kien it-torri kwadru li kien jagħti lill-qalba ta’ dan il-palazz storiku l-bixra ta’ fortizza. Maż-żmien, żdiedu xi strutturi u sar xi tisbiħ u titjib minn Gran Mastri suċċessivi, b’mod partikolari l-Gran Mastri António Manuel de Vilhena (1722-1736) u Emmanuel de Rohan-Polduc (1775-1797). Saru wkoll interventi arkitettoniċi kbar fi żmien l-Ingliżi.
Dawn kienu jinkludu l-loġoġ fil-miftuħ fil-forma ta’ arkati li kienu jservu ta’ passaġġi konnessi kennija u kienu jinkludu wkoll dik li iktar tard saret magħrufa bħala l-kappella tar-Russi mibnija fuq id-disinn tal-Ġeneral Sir George Whitmore (1775-1862) bi stil Neoklassiku.
Il-Palazz ta’ Sant’Anton huwa mdawwar min-naħat kollha b’ġonna b’veġetazzjoni rikka u naħa minnhom, li bħalissa taqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-dipartiment xieraq tal-Gvern ċentrali, ilha miftuħa għall-pubbliku mill-1885. Il-ġonna fihom funtani tal-ilma u esedri mqiegħda b’mod strateġiku fejn jissallbu l-passaġġi li huma ppjanati b’mod ġeometriku. Is-siġar tal-larinġ u taċ-ċitru huma prominenti, u kien hemm drawwa li dan il-frott jingħata bħala rigal lid-dinjitarji u lill-personalitajiet li jżuru l-post.
Il-Palazz ta’ Sant’Anton huwa xhud ta’ storja mżewqa u kontinwa li ma tiqafx ma’ żmien l-Ordni ta’ San Ġwann. Matul ir-rewwixta tal-Maltin kontra l-Franċiżi fl-1798, il-Palazz kien il-kwartieri ġenerali tal-Assemblea Nazzjonali Maltija u iktar tard sar ir-residenza tal-ewwel Kummissarju Ċivili Ingliż, l-Ammirall Sir Alexander Ball (1757-1809) u baqa’ jservi bħala residenza għal Gvernaturi Ingliżi suċċessivi.

Id-dar ta’ de Paule x’aktarx kienet mgħammra b’kollox inkluż bi stalel u b’akkomodazzjoni għas-segwitù tal-Gran Mastru. Il-binja oriġinali kienet tinkludi wkoll sensiela ta’ kmamar interkonnessi b’aċċess mit-taraġ prinċipali.
Id-dar ta’ de Paule x’aktarx kienet mgħammra b’kollox inkluż bi stalel u b’akkomodazzjoni għas-segwitù tal-Gran Mastru. Il-binja oriġinali kienet tinkludi wkoll sensiela ta’ kmamar interkonnessi b’aċċess mit-taraġ prinċipali. L-element arkitettoniku ċentrali x’aktarx kien it-torri kwadru li kien jagħti lill-qalba ta’ dan il-palazz storiku l-bixra ta’ fortizza. Maż-żmien, żdiedu xi strutturi u sar xi tisbiħ u titjib minn Gran Mastri suċċessivi, b’mod partikolari l-Gran Mastri António Manuel de Vilhena (1722-1736) u Emmanuel de Rohan-Polduc (1775-1797). Saru wkoll interventi arkitettoniċi kbar fi żmien l-Ingliżi. Dawn kienu jinkludu l-loġoġ fil-miftuħ fil-forma ta’ arkati li kienu jservu ta’ passaġġi konnessi kennija u kienu jinkludu wkoll dik li iktar tard saret magħrufa bħala l-kappella tar-Russi mibnija fuq id-disinn tal-Ġeneral Sir George Whitmore (1775-1862) bi stil Neoklassiku.
Gardens with rich vegetation surround Sant’Anton Palace on all sides of which one, currently within the remit of the apposite central Government department, has been open to the public since 1885. The gardens feature water fountains and exedrae strategically located at the intersection of geometrically planned walkways. Orange and citrus groves are prominent, and it was the custom for this produce to be given as gifts to visiting dignitaries and personalities.
Sant’Anton Palace is witness to a chequered and continuous history beyond the times of the Order of St John. During the Maltese uprising against the French in 1798, the Palace was the headquarters of the Maltese National Assembly and later became the residence of the first British Civil Commissioner, Admiral Sir Alexander Ball (1757-1809) and continued to serve as residence to successive British Governors.
Fi żmien l-Ingliżi, il-Palazz ta’ Sant’Anton ospita wkoll personalitajiet prominenti, inkluż iben ir-Reġina Vittorja, il-Prinċep Alfred, Duka ta’ Saxe-Coburg u Gotha (1844-1900), li bintu, li twieldet fil-Palazz ta’ Sant’Anton, ġiet mgħammda bl-isem ta’ Victoria Melita. Il-Palazz ta’ Sant’Anton maż-żmien laqa’ wkoll diversi monarki Ingliżi, inkluża r-Reġina Eliżabetta II li qagħdet fil-Palazz ta’ Sant’Anton, f’parti tal-Palazz li saret magħrufa bħala l-appartamenti privati tar-Reġina, li jinsabu f’waħda mill-binjiet tal-Palazz. Maż-żmien Sant’Anton ospita numru kbir ta’ dinjitarji oħra. Dawn jinkludu kapijiet ta’ stat u mistiedna speċjali minn madwar id-dinja kollha li jżuru dan il-pajjiż.
Il-Palazz ta’ Sant’Anton sar ir-residenza uffiċjali tal-President ta’ Malta meta Malta saret Repubblika f’Diċembru tal-1974.