L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, kellha laqgħa ta’ korteżija mal-Ambaxxatriċi ta’ Malta għall-Ġermanja, l-E.T. Marlene Bonnici.
L-Ambaxxatriċi Bonnici ddiskutiet mal-President is-sitwazzjoni politika u soċjali kurrenti tal-pajjiż fejn isservi, kif ukoll is-sitwazzjoni attwali fix-xena internazzjonali.