Midja

Fl-ewwel impenn tagħha matul iż-żjara uffiċjali fil-Vatikan, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret il-Bażilika Papali ta’ Santa Maria Maggiore.

Hawn il-President, akkumpanjata mis-Segretarju tal-Presidenza Moira Attard, u l-kumplament tad-delegazzjoni li qed takkumpanjaha f’din iż-żjara, qattgħet xi ħin quddiem il-qabar ta’ Papa Franġisku.