Midja

Il-President ta’ Malta mexxiet delegazzjoni li kienet tinkludi lill-Ministru Ian Borg, l-Ambaxxatur Frank Zammit, u s-Segretarju tal-Presidenza, Moira Attard, għal laqgħa mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, akkumpanjat mis-Segretarju tal-Vatikan responsabbli mir-Relazzjoni mal-Istati u l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali, l-Arċisqof Paul R. Gallagher.
Matul din il-laqgħa wkoll, iż-żewġ partijiet iddiskutew diversi temi, fosthom is-sitwazzjoni internazzjonali u ġie enfasizzat l-importanza tad-djalogu u l-paċi fuq livell globali.
Ġew innotati wkoll ir-relazzjonijiet bilaterali tajba li hemm bejn is-Santa Sede u Malta. Id-diskussjoni kienet tinkludi wkoll l-immigrazzjoni u s-sitwazzjoni demografika.