Midja

Il-Ħamis filgħodu, f’Jum San Ġużepp, il-President ta’ Malta attendiet għal quddiesa solenni fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ tal-Patrijiet Franġiskani, fir-Rabat, Malta.
Wara l-quddiesa, l-E.T. Myriam Spiteri Debono żaret is-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġuzepp u s-sede tal-Għaqda Muzikali L’Isle Adam A.D. 1860 Rabat tal-Imdina, fejn irċeviet donazzjonijiet b’risq il-Malta Community Chest Fund.