Midja

L-Ambaxxatur għar-Repubblika tal-Panama, l-Eċċellenza Tiegħu Winston Spadafora Franco, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

Matul il-laqgħa mal-Ambaxxatur ġdid mhux residenti għall-Panama, ġie nnutat kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jfittxu aktar kooperazzjoni bejniethom fl-oqsma tal-marittimu u l-edukazzjoni, b’mod partikolari dak offrut f’Malta, mill-Istitut Internazzjonali tal-Liġi Marittima, l-IMLI.