Midja

Il-Maġistrat Dr Claire Stafrace Zammit u l-Maġistrat Dr Brigitte Sultana ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala Mħallfin tal-Qrati Superjuri ta’ Malta waqt ċerimonja mmexxija mill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, fil-Belt Valletta.