Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Tliet Ambaxxaturi mhux residenti ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

Tliet Ambaxxaturi mhux residenti ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.

Dawn huma:

L-Eċċellenza Tiegħu Tord Tukun, Ambaxxatur tar-Renju tan-Norveġja

L-Eċċellenza Tagħha Tamara Liluashvili, Ambaxxatriċi tal-Ġorġja

u

L-Eċċellenza Tiegħu Genaro Fausto Lozano Valencia, Ambaxxatur għall-Istati Uniti tal-Messiku.

Waqt taħdita mal-Ambaxxatur Norveġiż, iż-żewġ naħat tkellmu dwar ir-relazzjoni b’saħħitha msejsa fuq valuri komuni, partikularment id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-kooperazzjoni multilaterali. Ġew diskussi wkoll opportunitajiet biex tiġi msaħħa l-kollaborazzjoni f’oqsma bħat-turiżmu, il-konnettività u l-affarijiet marittimi.

Minn naħa tagħha, l-Eċċellenza Tagħha rrikonoxxiet l-appoġġ finanzjarju tal-EEA and Norway Grants, li permezz tiegħu n-Norveġja appoġġat inizjattivi kulturali u soċjali fosthom fl-oqsma taż-żgħażagħ, saħħa u inklużjoni.

Fil-laqgħa mal-Ambaxxatriċi tal-Ġorġja, id-diskussjonijiet iffokaw fuq il-valuri komuni fl-organizzazzjonijiet internazzjonali, partikularment fin-Nazzjonijiet Uniti u fl-appoġġ lill-Ukrajna u l-Palestina.

Il-President ħeġġet biex jiġu esplorati opportunitajiet għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fl-oqsma kulturali, edukattivi, kummerċjali u turistiċi biex jikber il-kuntatt bejn iż-żewġ popli.

Matul il-laqgħa bejn l-Ambaxxatur tal-Istati Uniti tal-Messiku, iż-żewġ naħat esprimew impenn komuni biex isaħħu l-kooperazzjoni, partikularment fl-oqsma tal-ugwaljanza bejn is-sessi, is-saħħa, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp soċjali.

Ġew diskussa wkoll opportunitajiet biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni fit-turiżmu, il-kummerċ u l-isforzi biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi globali.

Il-President Myriam Spiteri Debono ferħet lill-Ambaxxaturi għall-ħatra tagħhom.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.