Midja

L-Ambaxxatriċi tal-Ġorġja, l-Eċċellenza Tagħha Tamara Liluashvili, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.

Id-diskussjonijiet iffokaw fuq il-valuri komuni fl-organizzazzjonijiet internazzjonali, partikularment fin-Nazzjonijiet Uniti u fl-appoġġ lill-Ukrajna u l-Palestina.

Il-President ħeġġet biex jiġu esplorati opportunitajiet għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fl-oqsma kulturali, edukattivi, kummerċjali u turistiċi biex jikber il-kuntatt bejn iż-żewġ popli.