L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali lill-E.T. Claudette Abela Baldacchino, Ambaxxatriċi mhux residenti ta’ Malta għar-Repubblika Ċeka.
L-Ambaxxatriċi Abela Baldacchino tkellmet dwar kif f’dan ir-rwol ġdid, se tuża l-esperjenza li kisbet matul il-karriera tagħha u taħdem sabiex tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u r-Repubblika Ċeka f’setturi differenti.