Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, laqgħet lill-Eċċellenza Tiegħu Javed Ahmed Umrani għal żjara ta’ korteżija fi tmiem it-terminu tiegħu bħala Kummissarju Għoli tal-Pakistan għal Malta.
Matul il-laqgħa kienet diskussa l-kooperazzjoni bilaterali u fost l-oħrajn irrimarka s-suċċess tal-ħidma tal-Malta-Pakistan Inter-Parliamentary Friendship Group li twaqqaf fl-2017 biex isaħħaħ ir-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi u l-kooperazzjoni multilaterali waqt li jiżgura kuntatt kontinju bejn Malta u l-Pakistan.
Min-naħa tagħha l-Eċċellenza Tagħha rringrazzjat lill-Kummissarju Għoli tal-ħidma tiegħu f’Malta, u awgurat li din titkompla mis-suċċessur tiegħu, b’mod speċjali fl-oqsma ta’ interess komuni tal-edukazzjoni, kultura u skambju bejn il-popli rispettivi.