Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono żaret is-Seminarju Tal-Qalb ta’ Ġesù f’Għawdex fuq stedina tal-Kunsill tal-Istudenti.
Matul iż-żjara tagħha, il-President ta’ Malta laqgħet il-mistoqsijiet tal-istudenti, li tkellmu magħha dwar ir-rwol tal-President u t-tfulija tagħha f’Għawdex.
Peress li l-Kunsill tal-Istudenti għaqqad din iż-żjara ma’ Jum l-Omm, il-President tkellmet mal-istudenti dwar l-iżvilupp soċjali u politiku li matul is-snin żied il-piżijiet fuq l-ommijiet.