Dr Natalino Caruana De Brincat u Dr Renata Farrugia ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala Maġistrati tal-Qrati ta’ Malta u ta’ Għawdex waqt ċerimonja mmexxija mill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, fil-Belt Valletta.