L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali lill-E.T. Maria Camilleri Calleja, Ambaxxatriċi ta’ Malta għall-Istat tal-Qatar.
Waqt il-laqgħa, l-Ambaxxatriċi tkellmet dwar il-ħidma li għamlet tul dawn l-aħħar sitt snin fl-Emirati Għarab Magħquda u kif qed tħares ‘il quddiem biex tintensifika l-ħidma bilaterali fil-Qatar f’diversi setturi, fosthom il-kummerċ, l-investiment, u l-kultura.