Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, laqgħet lill-Ambaxxatur mhux residenti tar-Repubblika tas-Slovenja għal Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Matjaž Longar, għal laqgħa ta’ korteżija fi tmiem it-terminu tiegħu.
Matul il-laqgħa, l-Eċċellenza Tagħha awgurat li tikber il-kooperazzjoni bilaterali bejn Malta u s-Slovenja u enfasizzat l-importanza ta’ konnettività aktar mill-qrib bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-President ta’ Malta awgurat lill-Eċċellenza Tiegħu Matjaž Longar għall-kumplament tal-karriera tiegħu.