Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, kellha żjara ta’ korteżija mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa.
Waqt il-laqgħa ġiet diskussa l-ħidma tal-Kunsill, anke permezz ta’ diversi sessjonijiet u proġetti li jinvolvu taħriġ, għarfien u edukazzjoni għan-nisa.
Il-Kunsill ippreżenta donazzjoni b’risq il-ħidma tal-Malta Community Chest Fund.