Midja
In-Nunzju Appostoliku tas-Santa Sede, l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Wojciech Załuski, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
Waqt il-laqgħa tagħha man-Nunzju Appostoliku, li assuma wkoll l-irwol ta’ Dekan tal-Korp Diplomatiku f’Malta, l-Eċċellenza Tagħha ferħitlu u awguratlu għal aktar ħidma mill-qrib mas-Santa Sede.
Min-naħa tiegħu, in-Nunzju Appostoliku enfasizza li s-Santa Sede tagħti importanza kbira lir-relazzjoni tagħha ma’ Malta u huwa kommess li jkompli jsaħħaħ dawn ir-relazzjonijiet.



