Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, laqgħet fil-Palazz ta’ Sant’Anton għal żjara ta’ korteżija lil Leo Brincat, Chairperson tal-Bank Malti għall-Iżvilupp (MDB), u lil Alison Micallef, il-Kap Eżekuttiv tal-istess Bank.
It-tmexxija tal-MDB ippreżentat lill-President ir-rapport annwali tal-bank, filwaqt li tkellmu dwar l-għanijiet tal-Bank, li huma msejsa fuq żvilupp ekonomiku sostenibbli u inklussiv.
Huma tkellmu wkoll dwar diversi inizjattivi li joffri l-Bank, bħala għajnuna li tingħata lill-individwi, bħall-istudenti li jkunu jridu jispeċjalizzaw, sa intrapriżi żgħar u medji.