Midja
L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għall-inawgurazzjoni tas-16-il edizzjoni tal-maratona ta’ 53 siegħa volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza.
Il-maratona tibqa’ għaddejja sas-Sibt bil-għan li jinġabru fondi biex din id-Dar tkompli toffri s-servizzi tagħha lil persuni b’diżabilità.
Akkumpanjata mid-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Monsinjur Martin Micallef, u fil-preżenza tal-Prim Ministru, l-Onorevoli Robert Abela, u diversi membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra, il-President iltaqgħet mal-voluntiera u l-atleti li qed jieħdu sehem, u rrikonoxxiet l-impenn u s-sagrifiċċju tagħhom b’risq dan il-għan nobbli.




