Midja

Fl-Ambaxxata tal-Qatar f’Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono ffirmat il-Ktieb tal-Kondoljanzi wara l-mewt tal- Emir Missier tal-Istat tal-Qatar, l-Altezza Tiegħu Hamad bin Khalifa Al Thani, li mexxa lil pajjiżu bejn l-1995 u l-2013.
Waqt laqgħa mal-Ambaxxatur tal-Istat tal-Qatar għal Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Rashid Bin Abdulla Al-Dehaimi, il-President ta’ Malta wasslet il-kondoljanzi tagħha lill-Emir tal-Istat tal-Qatar, l-Altezza Tiegħu Sheikh Tamim Bin Hamad Al Thani, u lill-poplu tal-Qatar.