Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, indirizzat il-Parlament bid-Diskors tal-President fil-ftuħ tal-15-il leġiżlatura tal-Parlament ta’ Malta.
Skont it-tradizzjoni Parlamentari, id-Diskors tal-President jitħejja mill-Gvern elett u jelenka l-pjan ta’ ħidma u l-prijoritajiet tal-Gvern għal-leġiżlatura.
Fi tmiem id-Diskors tal-President, l-Eċċellenza Tagħha awgurat ħidma tal-aqwa fejda lil dawk kollha eletti, b’risq il-poplu Malti u Għawdxi.