Midja

Fil-Palazz ta’ Sant’Anton saret it-tnedija tal-pubblikazzjoni Sixty Years of Service – The Maltese Association of the Order of Malta 1965-2025, b’kitba u riċerka ta’ Dr Noel Buttigieg Scicluna.
Fid-diskors tagħha, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, aċċennat għar-relazzjoni bejn Malta u l-Assoċjazzjoni tal-Ordni ta’ Malta, tat ħarsa lejn ir-relazzjoni bejn Malta u l-Ordni, it-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ordni fl-ewwel 20 sena wara l-Indipendenza, kif ukoll il-kontribut tal-Assoċjazzjoni lejn inizjattivi umanitarji, fosthom l-għoti tad-demm u t-tqassim ta’ għajnuna umanitarja.
Fost mistiedna distinti oħra, it-tnedija saret fil-preżenza ta’ Fra’ Emmanuel Rousseau, Gran Kmandant tal-Ordni ta’ Malta.