Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, kellha laqgħa ta’ korteżija max-Charge d’Affaires tal-Ambaxxata tal-Ġappun f’Malta, Kobayashi Ryuichiro.


Iż-żewġ naħat iddiskutew opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni iktar mifruxa f’dak li għandu x’jaqsam mar-relazzjoni bejn il-popli ta’ Malta u l-Ġappun fl-oqsma tal-kultura, l-edukazzjoni u l-kummerċ.


Matul il-laqgħa, Kobayashi Ryuchiro kien akkumpanjat minn Akane Kawakami, uffiċjal diplomatiku tal-Ambaxxata tal-Ġappun f’Malta.