Midja
Waqt ċerimonja organizzata min-National Student Travel Foundation Malta (NSTF) li saret fil-Palazz ta’ Sant’Anton, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta rrikonoxxiet l-impenn tal-istudenti u ż-żgħażagħ li b’mod attiv jaħdmu għal karriera fit-tmexxija u ta’ servizz pubbliku, inkluż bil-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi ta’ edukazzjoni informali offruti mill-NSTF.
Il-President tat ċertifikat lil Sarah Aija Elkekli b’rikonoxximent għall-impenn u l-progress tagħha waqt is-36 edizzjoni tal-Mini European Assembly organizzata mill-għaqda mhux governattiva NSTF.
Il-President irrikonoxxiet ukoll il-ħidma tal-NSTF, li matul is-snin għenet biex tifforma persuni li llum-il ġurnata jinsabu fit-tmexxija tal-pajjiż, ta’ istituzzjonijiet u entitajiet pubbliċi kif ukoll ta’ negozji privati.




