Midja
Is-Sibt filgħaxija saret b’suċċess edizzjoni oħra tal-Ball of the August Moon taħt il-Presidenza tal-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, b’risq il-Malta Communnity Chest Fund.
Iktar minn 600 persuna gawdew serata mill-isbaħ li kienet tinkludi ikel u xorb tal-ogħla kwalità, kif ukoll spettaklu mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Big Band Brothers, In Guardia u Yada Dance Company sas-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu.
Il-President ta’ Malta tirringrazzja lil dawk kollha li attendew, kif ukoll lill-Kumitat Organizzattiv tal-Ball of the August Moon immexxi mill-Markeżin Daniel de Petri Testaferrata għall-organizzazzjoni, u lill-entitajiet governattivi u privati kollha li appoġġjaw l-edizzjoni ta’ din is-sena.
Il-President ta’ Malta fakkret kif il-Ball of the August Moon jimmarka attività ewlenija fil-kalendarju tal-Malta Community Chest Fund u l-qligħ minnu hu vitali biex din l-entità tkompli taqdi l-missjoni tagħha li tgħin lil dawk kollha li jirrikorru għandha matul is-sena.




