L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali lill-E.T. il-Professur Godfrey Xuereb, Ambaxxatur innominat għar-Repubblika Federali tal-Brażil.
L-Ambaxxatur Xuereb tkellem dwar ir-relazzjonijiet kordjali li jeżistu bejn Malta u l-Brażil, u l-potenzjal li hemm sabiex tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-President ferħitlu għall-ħatra tiegħu u awguratlu mandat siewi u produttiv.