Midja
L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta appellat għal soluzzjoni paċifika għas-sitwazzjoni fl-Istrat ta’ Hormuz, ibbażata fuq liġijiet internazzjonali, fosthom il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) li tirrikonoxxi d-dritt ta’ passaġġ ħieles biex tkun faċilitata n-navigazzjoni marittima internazzjonali.
Il-President Myriam Spiteri Debono fakkret fid-dover tal-mexxejja dinjija li jaħdmu favur soluzzjoni mhux biss dwar il-kunflitti imma wkoll sfidi oħra bħall-bidla fil-klima, li jwasslu għal żieda fil-prezz tal-ikel, inflazzjoni u jħallu impatt negattiv fuq it-tkabbir ekonomiku bil-konsegwenza li tkun affettwata l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini.
Il-President ta’ Malta kienet qed tindirizza ċ-ċerimonja kommemorattiva tal-84 anniversarju mill-Konvoj ta’ Santa Marija, organizzata mir-Royal British Legion, Malta GC Branch.




