L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali lill-E.T. Emmanuel Mallia, l-Ambaxxatur ġdid ta’ Malta għall-Emirati Għarab Magħquda.
Il-President ferħitlu għal din il-missjoni diplomatika l-ġdida li ġiet fdata f’idejh u awguratlu ħidma fl-aħjar interess ta’ Malta.